Thursday, March 28, 2024

Imut ir-raġel li nstab mixħut mal-art f’daħla ta’ garaxxijiet f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ raġel li kien qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li nstab bi ġrieħi serji f’daħla ta’ garaxxijiet f’Tal-Pietà.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 a.m fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà meta l-pulizija kienet infurmata bis-sejba tar-raġel li aktar tard irriżulta li kellu 54 sena u li kien jirrisjedi fl-istess lokalità.

Għaldaqstant, fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport