Saturday, December 21, 2024

Awstraljan ta’ 36 sena jammetti li ħataf lil Cleo Smith

Aqra wkoll

Raġel Awstraljan wie­ġeb ħati għall-akkużi li ħataf lil Cleo Smith  ta’ erba’ snin u żammha fid-dar tiegħu għal 18-il jum. Cleo kienet ġiet irrapportata nieqsa mill-ġenituri meta dawn kienu jinsabu camping f’żona fil-Punent tal-Awstralja. Dan il-każ kien ħasad lill-pajjiż kollu u kienu saru tfittxijiet intensivi għaċ-ċkejkna Smith.

Ftit wara, il-pulizija kienu sabu lil Cleo maqfula f’dar ġewwa Carnarvon ftit ’il bogħod minn campsite fejn kienet qiegħda toqgħod mal-ġenituri tagħha. Terence Darrel Kelly, ta’ 36 sena, ammetta quddiem il-maġistrat li huwa ħataf lil din it-tifla. Huwa se jibqa’ miżmum il-ħabs u f’Marzu se jkun qiegħ­ed jidher quddiem il-Qorti ta’ Perth District. 

L-ammissjoni ta’ Kelly kienet ta’ sorpiża tista’ tgħid għal kulħadd hekk kif ħafna kienu qed jistennew li se jkun hemm ġuri twil. Kelly ilu miżmum arrestat mill-5 ta’ Novembru li għadda – jumejn wara li l-pulizija daħlu bil-forza fid-dar tiegħu u hemm sabu lil Cleo. Huma kienu sabuh fi triq qrib id-dar tiegħu.

It-tfittxijiet għal Cleo kienu kbar ħafna tant li kien hemm xejn inqas minn 100 pulizija jaħdmu fuq il-każ. Finalment huma kienu sabu informazzjoni importanti ħafna dwar vettura partikolari u din l-informazzjoni wasslithom għad-dar ta’ Kelly.

Ekonomija

Sport