Thursday, December 26, 2024

Awstrijak żamm lil ommu mejta fil-kantina biex jieħu l-pensjoni

Aqra wkoll

Il-Pulizija Awstrijaka qalet li raġel żamm il-katavru mummifikat ta’ ommu f’kantina għal aktar minn sena waqt li kompla jirċievi l-ħlasijiet tal-pensjoni tagħha.

Il-mara ta’ 89 sena, li allegatament kellha d-dimensja, huwa maħsub li mietet b’kawżi naturali f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

Binha ta’ 66 sena jingħad li poġġa ġisimha fil-kantina tiegħu u uża pakketti tas-silġ u faxex biex b’hekk ikun jista’ jaħbi r-riħa.

Il-pulizija temmen li jista’ jkun irċieva illegalment madwar € 50,000 (£ 42,000) fi ħlasijiet.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li dan kollu ħareġ biss wara li ġiet irrifjutata t-talba ta’ pustier ġdid, li kien qed iwassal il-benefiċċji tal-mara, biex jaraha.

B’dan il-mod bdiet investigazzjoni biex finalment wasslet għal din l-iskoperta.

Uffiċjal qal li l-katavru ġie mummifikat u żied jgħid li r-raġel ammetta dak li għamel.

Ekonomija

Sport