Awtriċi minn Utah instabet ħatja li qatlet lil żewġha f’Marzu 2022 billi avvelenatu bil-fentanyl.
Matul il-ġuri, il-Qorti semgħet kif Richins ta’ 35 sena, kienet akkumulat miljuni ta’ dollari f’dejn, kienet ħadet polzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja fuq żewġha kif ukoll li kellha relazzjoni oħa apparti dik ta’ żewġha.
Il-prosekuturi sejħu aktar minn 40 xhud, inkluża l-mara li qalet li biegħet id-drogi użati biex joqtlu lil Eric Richins. L-awtriċi instabet ħatja wkoll li talbet b’mod frodulenti benefiċċji tal-assigurazzjoni wara l-mewt ta’ żewġha fid-dar tagħhom.
L-awtirċi, Richins wieġbet li ma kinitx ħatja tal-akkużi kollha. L-aktar waħda serja, kienet tal-qtil aggravat li jġorr miegħu sentenza ta’ minn 25 sena sa għomor il-ħabs.
Hija tista’ tingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole. Is-sentenza se tingħata fit-13 ta’ Mejju.

