Sunday, December 22, 2024

Azzjoni intensa tagħti bidu għal Malta SB20 Seajet Malta National Sailing League

Aqra wkoll

Kien hemm stennija ħerqana għall-bidu tal-Malta SB20 Seajet Malta National Sailing League 2023/2024, li kien parti mill-programm tad-Dinghy Regatta imtella’ riċentement mir-Royal Malta Yacht Club.

It-tmiem tal-kampjonat tal- 2022/2023 ma kienx mingħajr azzjoni. Careful Now, li sofriet ħsarat fl-arblu f’Ġunju, għamel ritorn lejn l-ilma b’arblu ġdid fjamant. Sadanittant, il-Maltese Musketeer bidel l-idejn u issa huwa mmexxi minn Ramon Sant Hill. Barra minn hekk, l-iskipper ta’ esperjenza Jan Rossi akkwista l-SB20 tiegħu stess u se jkun qed jidħol fis-serje ta’ tlielaq li ġejjin.

Il-flotta SB20 Malta kienet ilha tistenna b’antiċipazzjoni għall-bidu tal-kampjonat, madankollu it-temp ikkontribwixxa għal frustrament meta l-bidu tal-istaġun kellu jiġi pospost f’Ottubru minħabba nuqqas ta’ riħ, filwaqt li t-tiġrijiet ta’ Novembru sofrew rwiefen qawwija, bl-ewwel ġurnata ta’tlielaq tiġi posposta.   Il-paċenzja tal-flotta fl-aħħar ġiet ippremjata ġurnata wara meta l-flotta ntlaqgħet b’ kundizzjonijiet ideali Biex tpatti għall-ħin mitluf, il-flotta kellha bidu bikri, li ppermettiethom jospitaw erba’ tiġrijiet.

Wara waqfa fit-tul tas-sajf, kien hemm inċertezza dwar il-forma ta’ kull tim. Sayonara Baby, id-dgħajsa li wriet l-aktar titjib fi tmiem l-aħħar staġun, wettqu s-sensiela tar-rebħ billi kisbu l-ewwel post fit-tellieqa tal-ftuħ. MYSC, Maltese Musketeer, u Careful Now impenjaw ruħhom f’battalja ħarxa, b’MYSC fl-aħħar mill-aħħar joħroġ rebbieħ.

Timo Bonnici, li kien żied strateġikament lil Sebastian Ripard mal-ekwipaġġ tiegħu diġà b’saħħtu wera l-benefiċċji tal-esperjenza hekk kif ir-riħ naqas għall-aħħar żewġ tiġrijiet, u kienu bla telfa għall-kumplament tal-ġurnata. Il-bdil tal-kundizzjonijiet kienu jifavvurixxu l-ekwipaġġi eħfef, l-aħjar eżempju mill-ekwipaġġ  ta’ Gabriella Mifsud u Team Panda li kein magħmul minn nisa biss. Huma marru eċċezzjonalment tajjeb fl-aħħar żewġ tiġrijiet, fejn kisbu t-tieni post darbtejn.

“Fost protesti, u kompetizzjoni msaħħan, l-ispirtu ta’ ħbieberija fi ħdan il-flotta tinħass.  Il-kompetituri kollha għamlu l-ewwel ġurnata tat-tiġrijiet waħda pjaċevoli. Hekk kif l-Assoċjazzjoni Maltija SB20 qed tħejji ruħha biex tospita l-Kampjonati Ewropej fl-2024, huwa evidenti li l-vjaġġ lejn dawn il-kampjonati qed jikseb pass tajjeb.” irrimarka Steve Carter, President, SB20 Malta Association. “Fid-dinja tal-ibburjdar tal-SB20, kull tiġrija hija kapitlu f’avventura epika, u hekk kif l-istaġun jiżvolġi, nistennew bil-ħerqa l-parti li jmiss.” Temm jgħid Carter.

 Il-Malta SB20 Association tirringrazja lill-RMYC għall-istedina biex tipparteċipa fir-RMYC Dinghy Regatta. Apprezzament speċjali jmur lil Martin Azzopardi, Steve Carter, Paul Masters, u t-tim li mexxew it-tlielaq li għamlu dan l-avveniment possibbli. Fl-aħħarnett, l-Assoċjazzjoni rrikonoxxiet l-appoġġ ġeneruż tas-Seajet, ipprezentata minn Dockshop, għall-appoġġ tal-kampjonat 2023/2024.

SB20 Seajet Malta National Sailing League Riżultati Jum 1

Lewwel – MYSC (Timo Bonnici)

It-Tieni – Sayonara Baby (Craig Farrugia Vella)

It-Tielet  – Team Panda (Gabriella Mifsud)

Ekonomija

Sport