Friday, July 24, 2026
Home Sport Gavi jiġi operat fi stpar f’Barċellona

Gavi jiġi operat fi stpar f’Barċellona

0
261

Ilbieraħ saret l-operazzjoni tal-midfielder żagħżugħ Spanjol Gavi fi sptar f’Barcellona. Hu kien weġġa’ mat-tim nazzjonali Spanjol fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024 kontra l-Georgia.

It-tabib Joan Carles Monllau stqarr li l-plejer irrisponda tajjeb għal din l-operazzjoni għalkemm issa għandu barra bejn tmien u disa’ xhur.

Barcellona FC awguraw lil Gavi fi stqarrija li ħarġu u jinsabu ħerqana sabiex jaraw lura fil-grawnd.