Sunday, November 24, 2024

Ażżma: Ix-xjentisti jsibu kawża ġdida ta’ ħsara fil-pulmun

Aqra wkoll

Ix-xjenza medika qed tkompli tavvanza u tagħmel passi kbar mhux
biss fl-kura tal-mard imma wkoll f’dawk li l-kawżi ta’ ċertu mard anki dak sever jew akut.

Fil-fatt, xjentisti fr-Renju Unit skoprew kawża ġdida li tagħmel ħafna mill-ħsara li
tikkawża l-ażżma. Ir-riċerka tagħhom turi li ċ-ċelloli li jgħattu l-passaġġi tan-nifs jingħafsu u jistgħu jinqerdu waqt attakk tal-ażżma. Il-mediċini biex jipprevjenu dan, aktar milli jimmaniġġjaw il-konsegwenzi tiegħu, jistgħu jkissru ċ-ċiklu tal-ħsara, qalu r-riċerkaturi tal-Kings College London lill-ġurnal Science.

Il-passaġġi tan-nifs tannies bl-ażżma huma sensittivi għal diversi allerġiji fosthom fwejjaħ, ċertu frott u ħxejjex, annimali domestiċi u eżerċizzju. Meta dawn innies jiġu f’kuntatt ma’ xi ħaġa minn dawn, il-passaġġi tannifs jiġu infjammati jew minfuħin u jikkawżaw sintomi li jinkludu sogħla, tħarħir u qtugħ ta’ nifs.

Mediċini jew ‘inhalers’ eżistenti jistgħu jnaqqsu din l-infjammazzjoni u jgħinu biex iżommu l-passaġġi tannifs miftuħa. Iżda attakki ripetuti jistgħu jikkawżaw ċikatriċi permanenti u tidjiq tal-passaġġi tan-nifs. Waqt attakk, il-muskolu lixx li jdawwar il-passaġġi tan-nifs jibda jagħfas u jissikka, magħruf bħala bronkokostrizzjoni.

It-tim ta’ riċerkaturi talKings College London studja dan il-proċess fd-dettall,
billi uża ġrieden u kampjuni tat-tessut tal-pulmun talbniedem. Ir-riċerkatur ewlieni Prof Jody Rosenblatt qal li l-bronkokostrizzjoni għamlet ħsara lill-kisja tal-passaġġ tan-nifs, u rriżultat f’infjammazzjoni ft-tul u infezzjonijiet li jikkawżaw aktar attakki.

Sa issa, din il-ħsara fl-kisja tal-passaġġi tan-nifs kienet injorata. Dan il-kisja epiteljali hija l-ewwel linja ta’ difża talġisem kontra l-infezzjonijiet u skont il-Prof Rosenblatt, i-riċerka turi li jekk il-ħsara tiġi mblukkata, hemm it-tama li dan jista’ jwaqqaf milli jseħħu l-attakki tal-ażżma.

Trattament preventiv li huwa maħsub possibbli li r-riċerkaturi qed jesploraw huwa element imsejjaħ gadolinju, li jidher li jgħin għall-inqas fl-ġrieden. Iżda hemm bżonn ħafna aktar xogħol u snin biex isir magħruf jekk dan it-trattament ikunx
sigur u effettiv biżżejjed biex jiġi ippruvat fin-nies.

Id-direttur tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ażżma u l-Pulmun tar-Renju Unit, Dr
Samantha Walker temmen li din l-iskoperta tiftaħ bibien ġodda importanti biex tesplora għażliet ġodda possibbli ta’ trattamenti meħtieġa b’mod urġenti għal nies li jbatu bl-ażżma.

Huwa magħruf li hemm ħafna nies li għalihom it-trattamenti eżistenti tal-ażżma ma jaħdmux, għalhekk ir-riċerkaturi jsostnu li huwa vitali li l-finanzjamentglobali tar-riċerka jkompli biex jinstabu trattamenti ġodda li jindirizzaw aħjar il-kawżi tal-ażżma.

Fir-Renju Unit, aktar minn ħames miljun ruħ għandhom l-ażżma, madwar wieħed minn kull 12-il adult u wieħed minn kull 11-il tifel u tifa. Il-biċċa l-kbira tan-nies
bl-ażżma għandhom żewġ tipi ta’ inhalers; wieħed li jintuża regolarment biex inaqqaas l-infjammazzjoni u jipprevjeni jew itaff s-sintomi u ieħor biex jiftaħ malajr il-passaġġi tan-nifs.

Sport