Saturday, May 18, 2024

“Il-PN jemmen li Malta ma kelliex bżonn power station ġdida”- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista, li jemmen li Malta ma kelliex bżonn power station ġdida u li meta kien fil-gvern lanqas lesta l-interconnector li tant kien ilu jitkellem dwaru, m’għandu ebda kredibbilta jitkellem dwar il-provvista tal-enerġija.

Dan qalitu l-Partit Laburista, fejn tgħid;Kieku qgħadna fuq il-parir tiegħu l-pajjiż ilu snin mingħajr provvista biżejjed u b’xhur sħaħ kull sena mingħajr dawl”

Intant, fl-aħħar snin il-Gvern saħħaħ bil-kbir il-provvista tal-enerġija u fl-istess ħin għalaq impjanti li ma kienu jagħmlu xejn ħlief ħsara bħal dak tal-Marsa. Għalhekk fuq il-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa il-Partit Laburista ma jiħux tgħalimiet mingħand il-Partit Nazzjonalista tal-heavy fuel oil.

Iktar u iktar meta fil-pajjiż għaddejin proġetti kbar bħal m’hu x-shore to ship biex inkomplu ninvestu f’arja nadifa. Fl-istess ħin Partit Laburista fil-Gvern tellaq proċessi li għandhom iwasslu għal produzzjoni ta’ enerġija iktar nadifa biex il-pajjiż ikompli jlaħħaq mal-iżvilupp ekonomiku u anke biex jilqa’ għal kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu u li jkomplu jżidu l-provvista tal-enerġija.

Mixi wkoll ix-xogħol fuq it-tieni interconnector u bħalma kien Gvern Laburista li lesta l-ewwel interconnector ikun Gvern Laburista li jlesti t-tieni wieħed ukoll.

Il-pajjiż għandu provvista ta’ enerġija b’saħħitha iżda għandu wkoll obbligu li jsaħħaħ il- provvista’ f’każ ta’ emerġenza.

Iktar minn hekk l-investiment li għaddej bħalissa fuq id-distribuzzjoni huwa l-ikbar wieħed li qatt sar u li se jkompli jibni fuq dak li sar fl-aħħar snin biex pajjiżna jsaħħaħ id-distribuzzjoni bħalma għamel fil-provvista.

Dan kollu l-Gvern għamlu u qed jagħmlu filwaqt li jżomm il-kontijiet stabbli.

Partit Nazzjonalista lill-poplu tah l-ogħla kontijiet u power stations tal-faħarm u l heavy fuel oil li kienu jimlew in-naħa t’isfel ta’ Malta trab iswed u jmarrdu n-nies.

Sport