Friday, October 25, 2024

B  A  Ħ   Ħ  : FESTA TEATRALI  … f’ĦAL GĦARGĦUR

Aqra wkoll

F’waqtiet fil-ħajja, kulħadd iħoss BAĦĦ jgħawwar ġo fih.  Fin-niket u l-uġiegħ ġieli jġarrab il-BAĦĦ li ma jafx fejn se jagħti rasu.  Ġieli wkoll meta f’xi festa ‘jgħaddi kollox’ jinħass baħħ li donnu kollox tar mar-riħ. 

Abram dan ħassu meta ma setax ikollu tfal, minkejja li Alla wegħdu li suppost kellu jkollu Iben.   Ħassu iktar meta dan seħħ, imbagħad intalab li joffrih sagrifiċċju. Marija, għal ftit, ħasset il-BAĦĦ ta’ min ma jistax jifhem.  Il-Lhud ħassewh meta riedu jagħmlu lin-Nazzarenu sultan u ħarbilhom.  U l-għajta mbidlet minn OSANNA għal SALLBU.

Dan jista’ jfisser li, quddiem dak li jitqies bħala ‘l-kobor ta’ Alla’, dak li jkun jeħtieġ jiżvojta mix-xenqat u x-xewqat tiegħu?  Iebes dal-proċess. Mhux lakemm tifhmu, aħseb u ara: tgħixu.

Jista’ jkun li hawn joqgħod il-kliem:  ‘Ħa jsir minni skont kelmtek’ u ‘Mhux li rrid jien imma lit rid int’.

Il-produzzjoni BAĦĦ li l-għaqda teatrali DWAL ĠODDA qed tħejji għall-qabel il-Ġimgħa Mqaddsa tifli jekk il-bniedem post-modern jeħtieġlux jitneżża’ mill-ħafna qoxriet bla fejda li libes, jasal sal-BAĦĦ, biex imbagħad jterraq it-triq fejn jista’ jiskopri hu min hu tabilħaqq. Imma qatt tista’ tasal li din tkun rebbiegħa għal FESTA TA’ TIEĠ?

Biex jinħoloq ambjent ta’ familja/komunita`se jsiru 4 rappreżentazzjonijiet tal-produzzjoni  ‘  B  A  Ħ   Ħ   ’,  għal udjenzi żgħar, fl-Ispazju Teatrali ta’ Ħal Għargħur, għalhekk meħtieġ booking minn qabel.  Dawn ikunu nhar l-Erbgħa, il-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt, 20-23 ta’ Marzu fis-7.30 pm u nhar Ħadd il-Palm, 24 ta’ Marzu fit-300 pm ħalli wara tkun tista’ titgawda l-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira tar-raħal ta’ Ħal Għargħur.

L-għan ta’ Dwal Ġodda huwa biex permezz tal-gost f’festa teatrali, atturi u udjenza, flimkien, jiskopru kif jistgħu jkunu fi sliema magħhom nfushom u ma’ xulxin.

Aktar tagħrif u booking jista’ jinkiseb minn:

BAĦĦ

Dati: 20 – 23 Marzu 2024 fit-7.30 ta’ filgħaxija

Ħadd 24 Marzu 2024 fis-3 ta’ waranofsinhar

Post: Spazju Teatrali Ħal Għargħur

Iżjed info: Dwal Godda’s page

BAĦĦ event page

Bookings: mob: +356 7903 3394

https://forms.gle/TMNPZVqSMbyZyyKJA

Sport