Wednesday, July 24, 2024

MAPFRE u BOV jorganizzaw konferenza dwar il-Benesseri u l-Involviment tal-Impjegati

Aqra wkoll

Il-MAPFRE u l-Bank of Valletta ssieħbu mal-Kamra tal-Kummerċ biex jorganizzaw konferenza li ddiskutiet il-benesseri tal-impjegati. Il-preżentazzjonijiet mogħtija b’mod kollettiv ikkontribwixxew għal diskussjoni interessanti dwar iż-żamma tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol, f’konformità mal-missjoni u l-viżjoni tal-kumpanija sabiex ikun żgurat li l-impjegati jħossuhom integrati.

Ines da Silva, l-HR Chief Officer ta’ MAPFRE Malta, esprimiet s-sodisfazzjon tagħha li tmexxi din il-konferenza, li matulha ngħaqdu esperti u stakeholders biex jindirizzaw kwistjonijiet kritiċi dwar il-benesseri tal-impjegati. Il-konferenza saret fil-Kamra tal-Kummerċ, ospitata mill-President tagħha Chris Vassallo Cesareo bis-sehem ta’ kumpaniji ewlenin f’Malta.

Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, Etienne Sciberras, il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, enfasizza l-importanzi li jkun hemm approċċ olistiku lejn il-benesseri tal-impjegati. Id-dinja tax-xogħol tal-lum għandha element qawwi ta’ diversità u dan jitlob għal immaniġjar aktar proattiv tal-kapital uman. Benefiċċji tradizzjonali, bħalma huma saħħa, ħajja u pensjoni, jridu jkunu kkumplimentanti minn programmi ta’ banesseri li jinkludu fost l-oħrajn, inizzjattivi fiżiċi, mentali u bilanċ bejn il-ħajja personali u x-xogħol. Dan iwassal għal titjib fl-involviment tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol. 

Ray Debattista, Chief People and Culture Officer tal-BOV, iffoka d-diskors tiegħu fuq l-importanza tal-ingaġġ tal-impjegati fi ħdan l-organizzazzjoni, u enfasizza l-impenn tal-Bank li jimplimenta strateġija li permezz tagħha l-impjegat jiġi l-ewwel. Huwa ellenka wkoll il-benefiċċji li din l-istrateġija ssarraf fir-relazzjoni tal-impjegati mal-klijenti.

Is-Sur Debattista semma diversi inizjattivi fosthom l-isforzi tal-Bank biex ikompli jiżviluppa il-karriera tal-impjegati, u għadd kbir ta’ benefiċċji, kemm dawk finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji. Huwa enfasizza wkoll li t-twaqqif ta’ programm ta’ benesseri ffukat, li jħares lejn l-impjegat b’mod individwali  u b’mod ħolistiku, filwaqt li jqis kemm is-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika. Huwa sostna wkoll kif il-BOV jimpenja ruħu mal-impjegati tiegħu u l-importanza tal-apprezzament u r-rispett fil-bini tal-fiduċja reċiproka. 

Fost l-esperti distinti li tkellmu, kien hemm Josef Said minn Expedition 42, li qasam għarfien dwar is-suq tax-xogħol Malti u prattiċi tax-xogħol moderni. Noel Debono mill-FHRD li sostna l-fehmiet tiegħu dwar kif jinkiseb l-ogħla redditu fil-benesseri tal-impjegati lejn organizzazzjonijiet b’saħħithom.

Ines da Silva qasmet l-esperjenzi ta’ MAPFRE dwar kemm huwa kritiku li tingħata importanza interna fi ħdan il-kumpanija, titrawwem kultura bbażata fuq il-fiduċja u tibni proposta ta’ valur għall-impjegati biex tikseb il-benessri u l-impenn tal-impjegati. 

Joseph Camilleri minn Farsons qasam il-prattiċi li fil-preżent timplimenta l-kumpanija li huwa rrapreżenta u kif Farsons jirrikonoxxi lill-impjegati għal kwalitajiet ta’ eċċellenza fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

Fiona Spiteri, Kap tal-Kummerċ Korporattiv ta’ MAPFRE, spjegat kif il-kumpaniji jistgħu jsiru l-aqwa għażla forst min iħaddem billi jattiraw u jżommu impjegati ta’ kwalità għolja permezz ta’ benefiċċji miżjuda bħall-ħajja tal-grupp, is-saħħa tal-grupp u skemi ta’ pensjoni tax-xogħol. Tonia Parascandalo, Lead tal-BOV Insurance Services & Pensions Unit, enfasizzat l-importanza vitali li jiġu pprovduti pensjonijiet fuq il-post tax-xogħol bħala għodda biex jinvestu fil-futur tal-impjegati.

Bernard Attard u Victoria Muscat minn PwC offrew għarfien siewi dwar l-implikazzjonijiet tal-kontabilità u tat-taxxa tal-pensjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-panel ta’ diskussjoni kienet immexxija minn Mark Grech minn PWC u kellha l-parteċipazzjoni attiva ta’ Josef Said, Joseph Camilleri, Ray Debatista u Ines da Silva rispettivament. Din id-diskussjoni kienet waħda mill-aktar interessanti li kompliet titfa’ aktar għarfien fost il-parteċipanti kollha fl-istess waqt li enfasizzat punti interessanti għal diskussjoni fil-futur qarib. 

Ekonomija

Sport