Ftit jiem ilu, Bad Boy Cleaners ġew ippremjati bi tliet unuri prestiġġjuzi fil-qasam tas-saħħa:
• Unur għall-aqwa ħaddiema “frontliners” fis-settur tat-tindif
• Unur għall-aqwa kumpanija fit-tindif u iġjene
• Unur għall-aqwa servizz fuq kontroll ta’ kwalità u livell ta’ tindif
Kelliem għall-kumpanija qalilna li “t-Tim tal-Bad Boy huwa onorat li jħabbar uffiċjalment li ġejna ppremjati bi tliet titli prestiġġjużi, fis-serata tal-unuri ddedikata lis-settur tas-saħħa f’Malta għal din is-sena. Wara 53 sena f’dan in-negozju, dawn l-unuri jfissru ħafna aktar minn sempliċiment titlu. Niddedikaw dan is-suċċess lit-tim kollu taghna. Tim, li kien pilastru fundamentali fis-suċċess ta’ din l-organizzazzjoni, li ppermetta li nsiru l-aktar kumpanija stabbilita fl-industrija tat-tindif. Barra minn hekk, nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lill-klijenti leali tagħna li dejjem għażlu lilna.”