Sunday, May 19, 2024

Il-ġenituri ta’ Madeleine McCann iltaqgħu ma’ żewġ okkażjonijiet fejn ħasbu li se jsibu lil binthom

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar 15-il sena, il-ġenituri ta’ Madeleine McCann, Kate u Gerry, iltaqgħu ma’ żewġ sitwazzjonijiet fejn ħasbu li se jirnexxilhom isibu lil binthom qawwija u sħiħa. Minkejja dan, s’issa t-tifla għadha ma nstabitx.

Madeline dehret l-aħħar fiż-żona ta’ Praia da Luz fit-3 ta’ Mejju tal-2007. Il-koppja llum se tkun qed tingħaqad mal-familjari u l-ħbieb għat-talb sabiex ifakkru il-15-il anniversarju mill-għajbien ta’ binthom.

Clarence Mitchell — li beda jaħdem mal-familja ta’ Madeline ftit ġimgħat biss wara l-għajbien tagħha, qal li fost l-eluf ta’ telefonati li rċieva ta’ spiss fit-3:00am fejn ingħata informazzjoni dwar l-għajbien tat-tifla, sostna li kien hemm żewġ okkażjonijiet fejn emmen li Madeline kien se jirnexxilha tirritorna lura d-dar qawwija u sħiħa.

Mitchell qal li għamel perjodu kontinwu fejn beda jirċievi telefonati b’vuċi ta’ raġel u din il-persuna ta’ kull darba bdiet issemmi li Madeline tinsab f’razzett. Il-pulizija rnexxielhom isibu razzett qrib Seville li jaqbel perfettament mad-deskrizzjoni li ngħata Mitchell, però t-tifla ma nstabitx. 

Ħjiel ieħor ingħata lejn l-aħħar tal-2007, meta investigaturi privati Spanjoli qalu li lemħu tifla fil-Marokk b’xagħarha ċar u li titkellem l-Ingliż. Mitchell qal li: “Din l-informazzjoni li ngħatatilna kienet tissuġġerixxi li probabbilment it-tifla hija Madeline, tant li preparajna ajruplan biex jiġborha u ħallejnieh fuq standby”. Għal darb’oħra, dan il-ħjiel ma ħalliex il-frott mixtieq.

Riċentament, Christian Brueckner, Ġermaniż ta’ 44 sena, ġie ddikjarat uffiċjalment bħala suspettat fl-għajbien ta’ Madeline mill-awtoritajiet Portugiżi.

Sport