Riżultat mill-aqwa għall-plejer tal-badminton Malti Sam Cassar, li rebaħ żewġ midalji tal-bronż fis-Santo Domingo Open 2026 fir-Repubblika Dominikana.
Cassar tela’ fuq il-podju kemm fid-Doubles tal-Irġiel kif ukoll fil-Mixed Doubles – rigal ta’ għeluq sninu perfett wara tliet ġimgħat impenjattivi ta’ kompetizzjoni internazzjonali.
Il-plejer Malti spjega li wara sena diffiċli, sajf iddedikat għat-taħriġ u l-investiment qed jibda jagħti l-frott, speċjalment wara li kkompeta kontra avversarji ta’ livell għoli f’sensiela ta’ tournaments internazzjonali b’saħħithom.
Cassar esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min appoġġjah matul dan it-tour, kif ukoll lejn it-tim ta’ appoġġ u l-isponsors tiegħu li jibqgħu jemmnu fil-vjaġġ tiegħu.
Fadal sfida oħra; il-ġimgħa d-dieħla, Cassar se jkun qed jivvjaġġa lejn il-Perù għall-aħħar tournament tat-tour tiegħu.
Prosit Sam għal dan is-suċċess doppju, u l-isbaħ xewqat għall-Perù!




