Saturday, December 21, 2024

BAĠIT 2021: Proprjetà … Estiża l-iskema tal-first time buyers

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dak li sar fil-mini baġit, se jkun qed jiġi estiż għall-konvenji sal-31 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Tali konvenju jissaraf f’kuntratt sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena d-dieħla.

Il-baġit jitratta wkoll l-iskema tal-first time buyers li se tiġi estiż minn €175,000 għal €200,000.

Se tapplika wkoll ir-rata mnaqqsa ta’ 3.5%, fejn jidħol xiri ta’ dar fejn wieħed joqgħod, anki jekk mhux first time buyer, u għal dawk li diġà jgħixu ġo dar li titħalla lilhom b’wirt, se tkun applikabbli wkoll fuq l-ewwel €200,000.

Il-miżuri li ddaħħlu fis-seħ fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika fejn ir-rata tal-boll fuq xiri ta’ propjetà naqset minn 5% għal 1.5% fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà u t-tnaqqis tar-rata ta’ taxxa, minn 8% għal 5% fuq dawk li qegħdin ibiegħu propjetà, se jibqgħu fis-seħħ. Dan jgħodd għal dawk il-konvenji rreġistrati sal-31 ta’ Marzu 2021 u li mbagħad it-tali konvenju jissarraf f’kuntratt li jsir mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.

Proprjetà li tingħata b’rigal min ġenitur. Din se jkun hemm estensjoni u waqt li s’issa l-eżenzjoni kienet fuq 200,000 din se titla għal 250,000.

Se jerġa’ jkun hemm skemi tal-housing fosthom l-equity sharing scheme u l-equity release scheme.

It-taxxa tal-boll għaċ-ċessjonijiet se tinżel għal 15% fuq l-ammont kollu.

Ekonomija

Sport