Saturday, May 4, 2024

BAĠIT 2021: Miżuri fil-qasam soċjali … Żieda għall-Pensjonanti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa. Iż-żieda tirrifletti l-inflazzjoni baxxa li kellna dawn l-aħħar 12-il xahar. Iż-żieda se tingħata lill-impjegati kollha, kif ukoll lill-pensjonanti u lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali. L-istipendji tal-istudenti se jkunu qed jogħlew pro-rata.

Se terġa’ tingħata l-ġurnata leave lill-ħaddiema. Il-Ministru Scicluna qal li din hija miżura oħra li se tkompli ttejjeb il-kwalit. tal-ħajja tal-familji kollha.

Se jiżdied iċ-ċekk tat-tax refund. L-ogħla ammont se jkun qed jitla’ għal €95 u l-inqas se jkun €45, bl-ogħla valuri jingħataw lil min għandu l-aktar dħul baxx. Se jkunu qed jibbenefikaw minn din ir-rifużjoni ’Il fuq 218,000 persuna li se tiswa lill-Gvern kważi €16-il miljun.

Se jerġgħu jinħarġu l-vawċers. Dan se jkun ifisser nefqa ta’ €50 miljun. Il-€100 vouchers se jkunu qed jinqasmu f’€60 li jistgħu jissarrfu f’akkomodazzjoni, lukandi u ristoranti filwaqt li €40 vouchers jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi. Il-vouchers ser jitqassmu lil kull min ikun għalaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena.

Se jiżdied ċ-children’s allowance. Dawk li huma means tested se jaraw żieda ta’ €70 għal kull wild. Dawk li huma bil-flat rate, jieħdu €50 u minn €450 issa se jitilgħu għal €500. Minn din il-miżura, li se tiswa aktar minn €3 miljun ewro, se jgawdu aktar minn 40,000 familja b’60,500 tifel u tifla.

L-in work benefit fil-mini baġit kien hemm żieda. Isse se jkun estiż it-treshold biex iktar familji jkunu eliġibbli għal dan il-benefiċċju. Persuna single treshold se jitla’ minn €18,200 għal €23,000. Għall-koppji fejn ġenitur wieħed biss jaħdem, it-threshold se jitla’ għal €26,000.

Se jkun qed jiżdied l-allowance għall-foster care, b’€520 fis-sena għal total ta’ €5,720.

Se tingħata għall-ewwel darba għajnuna ta’ €1,000 għal kull koppja li jadottaw lokalment. 

Il-pensjonanti apparti li jieħdu l-€1.75 tal-COLA se jingħataw żieda ora ta’ €3.25. Dan ifisser li meta magħduda maż-żieda għall-għoli tal-ħajja ż-żieda lill-pensjonanti se titla’ għal €5 fil-ġimgħa.

Biex iż-żidiet fil-pensjonijiet, inkluż iż-żieda tal-COLA, ma jkunux intaxxati għas-sena d-dieħla, mill-ġdid se titgħolla l-massimu ta’ dħul minn pensjonijiet, li mhux se jkun intaxxat, għal €14,058. Barra minn hekk, dawk il-koppji b’pensjoni u għandhom komputazzjoni ta’ miżżewġin sejrin jiżdidilhom għal €3,600 id-dħul ieħor li jkun eżentat minn ħlas ta’ taxxa. B’hekk dawn il-pensjonanti mis-sena d-dieħla b’kollox se jiffrankaw ħlas ta’ taxxa għal massimu ta’ €744.

Se tiżdied l-għajnuna supplimentarja. Din se tfisser żieda ta’ bejn €70 u €108.

Is-sena loħra kien hemm benefiċċju ta’ €150 li beda jingħata lil dawk li jkunu f’riskju ta’ faqar. Dan issa se jingħata lil dawk kollha li qegħdin fuq l-għajnuna supplimentari. B’kollox din il-miżura se tiswa madwar €2 miljun fis-sena.

Se tkun qed tiżdied ukoll lil-pensjoni għal dawk li ma jikkwalifikaw għall-ebda pensjoni, Għat-tielet darba dawn se jingħataw żieda ser jingħataw żieda oħra ta’ €50 fil-bonus annwali tagħhom. B’hekk issa persuni li ħallsu anqas minn ħames snin bolol ser jibdew jieħdu bonus ta’ €250, u dawk li ħallsu aktar minn ħames snin bolol il-bonus tagħhom ser jitla’ għal €350 ewro.

L-anzjani li jgħixu fi djarhom jew fi djar residenzjali privati se jkomplu jingħataw l-għotja ta’ €300 jekk għandhom 75 sena jew aktar u €350 jekk għandhom 80 sena jew aktar.Mis-sena d-dieħla, persuna li tkun twieldet qabel l-1962 u ma tikkwalifikax għall-pensjoni bil-kontribuzzjonijiet li jkollha wara l-età ta’ 19-il sena, se jibdew jgħoddulha dawk il-bolol li tkun ħallset qabel għalqet l-età ta’ 19-il sena u jekk tilħaq il-minimu meħtieġ, tibda tikkwalifika għall-pensjoni minima mnaqqsa.

Se tiġi aġġornata t-tifsira ta’ armla attwali fil-liġi dwar is-Sigurtà Soċjali. Permezz ta’ din l-emenda, f’każ ta’ mewt ta’ wieħed jew waħda mill-partijiet, persuni li kienu f’unjoni ċivili jew reġistrati f’koabitazzjoni jiġu rikonoxxuti wkoll bħala romol tal-koabitant jew is-sieħeb tagħhom.

Se jiżdied b’€200 l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li mhux se jiġi kkunsidrat għall-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, biex b’hekk is-somma eżentata fl-2021 ser titla’ għal €2,866.

Min ikollu carer id-dar sal-lum il-Gvern kien jagħti €5,291. Dan issa se jitla’ għal 6,000. Kriterji għall-eliġibilta se jiżdiedu u qed naraw li l-persuni b’diżabilita jibdew jibbenefikaw minnha wkoll.

Se jitwessgħu l-kriterji ta’ eliġibbilità għal benefiċċji tal-carer biex jinkludu persuni rtirati.

Minn Jannar se jiġi introdott benefiċċju ġdid għall-ġenituri li jkollhom jieqfu mix-xogħol biex jikkuraw wild b’diżabbiltà fl-età ta’ aktar minn 16-il sena u li jkunu intitolati għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabbiltà Severa. Il-benefiċċju, bl-isem ta’ Għotja għal Carer, ser jkun ta’ €300 fis-sena.

Se jkomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-imgħoddi. Se jkun hemm 5,500 persuna oħra minn diversi entitajiet li se jkomplu jingħataw il-kumpens. L-ammont totali allokat ta’ 9 miljuni.

Se jkun hemm ukoll kumpens għall-ħaddiema/werrieta tal-eks-impjegati tat-Tarzna minħabba li sofrew mill-kundizzjoni tal-asbestos.

Anzjani minn 70 ‘il fuq jistgħu jivvjaġġaw b’xejn permezz tal-linja card. Mad-19,000 anzjan se jgawdu minn din il-miżura.

Se jerġa’ jkun hemm il-Government bonds għall-anzjani, fejn ir-rata ta’ mgħax li qed jitħallas hu ferm aktar għoli mir-rati ta’ mgħax li jingħata minn banek kummerċjali. Dawk li jibbenefikaw minnu jeħtieġ li jkollhom minn 62 sena ’l fuq. Hu mistenni li madwar 6,000 anzjan ġdid se jkunu eliġibbli għal dan il-ħruġ ta’ Bonds.

Se jerġa’ jiżdied b’€1,000 l-inċentiiv fiskali għal min ikollu pensjoni privata u issa l-eżenzjoni tat-taxxa se tkun fuq €3,000.

Sport