Saturday, May 4, 2024

BAĠIT 2021: Fl-Isfond tal-pandemija tal-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jgħid li l-kuntest attwali huwa illi minħabba l-pandemija u dak kollu li qed jiġri, l-ekonomiji kemm madwar id-dinja u anke fl-Ewropa ħadu daqqa ‘l sifel.

Għas-sena d-dieħla f’dawk li huma pajjiżi fl-UE li huma kompeitturi tagħna wkoll, qed naraw li pereżempju l-Italja d-dejn tagħhom se jkun tela’ għal 160%, Spanja jkunu resqu lejn il-120% u r-Renju Unit ikun qabeż il-100%. Il-Ġermanja min-naħa l-oħra se jkollu dejn li jammonta għal 70% tal-PDG, filwaqt li Franza d-dejn tagħha se jkun jammonta għal  110%.

F’dawk li għandu x’jaqsam defiċit ħafna mill-pajjiżi għas-sena d-dieħla se jkollhom defiċit li jew ikun qabeż is-6% jew ikun madwar 6%.

Din is-sena, id-defiċit tal-pajjiż mistenni li jkun ta’ 9.4% filwaqt li għas-sena d-dieħla mistenni jinżel għal 5.9%.

F’dak li għandu x’jaqsam dejn, dis-sena mistennija li tingħalaq b’55% tal-PDG u s-sena d-dieħla se jkun ta’ 59%. 

Il-fatt li Malta rreġistrat surplus fl-aħħar snin jagħmilha faċli biex pajjiżna ma jkollux għalfejn jagħmel piżijiet ġodda imma jkun jista’ jkompli jsostni l-ekonomija biex iil-pajjiż ikollu vantaġġ fuq ħaddieħor.

Is-sena d-dieħla l-ekonomija mistennija tikber b’mod reali ta’ 5% filwaqt li b’termini nominali mistennija tiżdied b’6.4%. 

Il-Ministru Scicluna jgħid li fil-miżuri mħabbrin illum fil-Baġit se jkun hemm madwar €100 miljun f’infiq dirett fl-ekonomija. 

Sport