Monday, December 23, 2024

BAĠIT 2021: Sena internet bla ħlas għal studenti li jkomplu jistudjaw wara s-Sekondarja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

BAĠIT 2021: Xiri tal-vaċċin kontra l-Covid-19 malli joħroġ fis-suq

F’dak li jirrigwardja l-pandemija tal-Covid-19, il-budget isemmi li l-Gvern se jkun qed jixtri l-vaċċin kontra l-Covid-19 malli dan joħroġ fis-suq biex b’hekk jissalvagwardja s-saħħa pubblika tal-poplu kollu.

Il-baġit isemmi l-fatt li l-Gvern ħoloq dik li qed tissejjaħ ir-Riżerva għall-Pandemija li se tipprovdi iktar riżorsi biex il-pajjiż ikompli jegħleb, nb’mod effettiv it-tixrid tal-Covid-19.

F’dan il-kuntest, qed jiġu allokati riżorsi finanzjarji, fosthom għall-fini tal-kiri ta’ faċilitajiet addizzjonali, biex fid-dawl tar-ristrutturar li kellu jsir fl-Isptar Mater Dei, kawża tas-sitwazzjoni preċipitata mill-Covid-19, il-kura akuta u dik elettiva skedata tibqa’ tingħata xorta waħda u mingħajr xkiel, għalkemm minn faċilitajiet ġodda.

BAĠIT 2021: Se jiżdied it-trattament tal-osteoporożi; mediċini psikjatriċi ġodda fuq il-Formularju tal-Gvern

Il-budget jikkonferma l-impenn tal-gvern li se jkompli jissarraf fl-għoti ta’ mediċini b’xejn, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ prodotti mediċinali ġodda, immirati lejn il-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li jbatu minn mard kroniku. Mal-investiment li l-gvern għamel fis-snin li għaddew, se jiżdied wkoll it-trattament tal-osteoporożi.

B’koerenza mal-impenn tal-gvern lejn it-twettiq tal-Istrateġija għas-Saħħa Mentali 2020-2030, se jkunu qed jiġu introdotti mediċini psikjatriċi ġodda fuq il-Formularju tal-Gvern, li se tikkumplimenta l-firxa ta’ servizzi ta’ kura mentali fil-komunità u bl-investiment li l-gvern beħsiebu jagħmel Sptar ġdid tal-Kura Psikjatrika Akuta, viċin l-Isptar Mater Dei.

BAĠIT 2021: Ftuħ taċ-Ċentru San Mikiel –  faċilità li tipprovdi għajnuna paljattiva professjonali

Fejn jirrigwardja pazjenti bil-kanċer, il-Gvern beħsiebu jżid l-investiment f’kura iktar ħolistika. Se jkun qed jinfetaħ iċ-Ċentru San Mikiel – faċilità li tipprovdi għajnuna paljattiva professjonali.

Se tiġi aġġornata l-infrastruttura tan-netwerk tal-Isptar Mater Dei, estensjoni tal-programm tar-Remote Patient Monitoring u introduzzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ Clinic Management Systems u t-Telemedicine Client Support Centre.

Apparti li fl-2021 se titnieda l-Istrateġija tal-Eliminazzjoni tal-Epatite Ċ, se tkompli l-kampanja edukattiva dwar l-għarfien fuq is-saħħa sesswali u l-mard trasmess mis-sess, kif ukoll l-importanza li l-pubbliku jagħmel aktar testijiet regolari. Se jsir investiment f’taħriġ għall-impjegati fil-qasam tas-saħħa filwaqt li jinċentivaw lill-ispeċjalisti mediċi biex jitħarrġu fil-qasam tal-prevenzjoni.

BAĠIT 2021: Il-Kura tal-Anzjani

Fir-rigward tal-kura tal-anzjani, il-budget isemmi dwar kif il-Gvern qed jaħseb fit-tul biex iżid in-numru ta’ sodod għall-anzjani billi jestendi u jżid in-numru ta’ sodod disponibbli għall-anzjani, kemm fl-isptarijiet pubbliċi, kif ukoll bi proġetti bi sħab mal-privat jew xiri ta’ sodod mill-privat.

Se jiżdiedu ċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva ta’ matul il-ġurnata u għal ċentri għal matul il-lejl. Se jitjieb is-servizz tal-Home Help u tat-Telecare; se jiġu estiżi servizzi li jingħataw fil-lokalitajiet, bħas-servizz tas-Silver T u s-servizz tal-flebotomija, filwaqt li se tingħata ħajja mill-ġdid tal-KartaAnzjan.

Fejn jidħlu standards, mhux biss se jitniedu l-Istandards Soċjali Regolatorji għas-servizz ta’ kura għall-anzjani, iżda se jissaħħaħ it-tagħlim speċjalizzat fuq il-kura għall-anzjani, għal min irid jaħdem f’dan il-qasam.

BAĠIT 2021: Aċċess għall-internet b’xejn għal sena sħiħa… lill-istudenti li jkomplu jistudjaw wara li jispiċċaw mis-sekondarja

Fil-budget tħabbar li l-gvern se jagħti aċċess għall-internet b’xejn, għal sena sħiħa, lil dawk l-istudenti li jagħżlu li jkomplu jistudjaw wara li jtemmu l-istudji tagħhom fis-sekondarja.

Fir-rigward biex titkompla tiġi msaħħa l-esperjenza edukattiva tal-ulied, se jkunu qed jiġu offruti wkoll sessjonijiet online, għall-ġenituri, biex flimkien mal-għalliema, jikkontribwixxu u tingħata edukazzjoni aqwa fl-edukazzjoni ta’ wliedhom.

Il-budget isemmi ukoll kif is-servizz estensiv ta’ tagħlim online, li jinkludi korsijiet akkreditati u tal-ogħla livell, se jiġu offruti lill-adulti u l-ħaddiema biex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u konsegwentement, tgħinhom itejbu u javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Benefiċċju ieħor ta’ dan il-budget huwa l-investiment f’Autism Units fl-iskejjel Sekondarji Medji, fejn ikun hemm klassi mgħammra b’attrezzaturi apposta li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ studenti bl-awtiżmu. Rigward l-eżamijiet, se jsir proġett pilota, fejn studenti se jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC fl-istess skola li preżentament jattendu.

Ekonomija

Sport