Wednesday, April 24, 2024

MDA: Baġit b’inizjattivi tajbin għas-settur tal-bini

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) laqgħet l-inizjattivi mħabbra fil-budget u qalet li hija sodisfatta li l-Gvern laqa’ ħafna mill-proposti tagħha.

Hija faħħret b’mod partikolari l-estensjoni tal-iskema tal-‘first time buyers’ u saħqet li s-sostenibilità hija ċ-ċavetta għas-suċċess.

Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti irrimarka li b’dan il-budget il-membri tagħhom għandhom l-għodod neċessarji biex jiksbu suċċess li minnu tgawdi wkoll il-kommunità.

Id-Direttur Ġenerali tal-MDA Marthese Portelli sostniet li l-industrija se tirrispondi b’aktar investiment għal dawn l-inċentivi.

Sport