Thursday, March 28, 2024

BAĠIT 2021: Iktar għajnuna biex tiġi indirizzata l-Immigrazzjoni u l-ħarsien tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

BAĠIT 2021: Tisħiħ tal-Governanza… L-eta tal-irtirar tal-ġudikatura ser tiġi estiża

Fid-dokument tal-Baġit, il-Gvern saħaq li huwa ien għaddej b’ħidma ta’ tisħiħ, abbażi tar-rakomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Kabinett dwar il-Governanza, biex jiġu segwiti r-rakomandazzjonijiet kollha mressqa mill-Kummissjoni Venezja, GRECO u l-Moneyval.

Il-Gvern tenna li ser titkompla l-ħidma għat-tisħiħ tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll dak tal-Avukat tal-Istat, filwaqt li fl-aħħar rapport li hija bagħtet lill-Moneyval, ġew indirizzati ir-rakkomandazzjonijiet kollha mniżżla.

Iktar servizzi li preżentament jingħataw mill-Pulizija ser jingħataw lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, filwaqt li ser isir ukoll iktar investiment teknoloġiku fi ħdan il-bini tal-istess Qorti. Il-Gvern qiegħed jipproponi wkoll estensjoni fl-eta tal-irtirar tal-Imħallfin u l-Maġistrati, kif ukoll żieda fl-ammont ta’ ġudikanti fis-sena li ġejja.

BAĠIT 2021: Il-Qrati Maltin… Żieda fid-diġitalizazzjoni, simplifikar fil-proċessi tal-Qrati tal-Appell

Intant, il-Qorti tal-Appell ser tingħata l-possibilita li ma telenkax seduta għall-każijiet kollha li jinġiebu qudidema, bil-għan li jitnaqqas ix-xogħol pendenti quddiemha. Sejra tiġi wkoll introdotta possibilita għal seduti fi proċeduri ċivili biex isiru permezz ta’ konferenzi bil-vidjo live, filwaqt li ser jinħalqu iktar Qrati tal-Appelli.

L-Uffiċċju għall-Irkurpru tal-Assi ser ukoll tibbenefika minn investiment f’teknoloġiji ġodda, fosthom bini speċjalizzata, filwaqt li l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivju Ewlieni ser ikollhom iktar diġitalizazzjoni.

BAĠIT 2021: Il-Forzi tal-Ordni… imwiegħda binjiet, vetturi u tagħmir ġodda

Rigward il-Pulizija, il-Gvern saħaq li ser ikompli jaħdem fuq il-proġett ta’ pulizija tal-kommunitia, u din sejra tiġi estiża għal-lokalitajiet tal-Marsa, il-Ħamrun, San Pawl il-Baħar u San Ġiljan.Apparti l-għassa l-ġdida f’Wied il-Għajn, ser ikun hemm xogħol fuq l-għases tal-Ħamrun u dik tal-Imsida, filwaqt li kemm il-Kamra tal-Kontroll u t-taqsima tal-forensika ser ikollhom ukoll proġetti ta’ modernizzar.

Ser jinxtraw iktar vetturi għall-popolazzjoni, kif ukoll għall-gwardjani tal-ħabs, filwaqt li ser ikun hemm investiment fis-sistema ta’ sigurta CCTV fil-ħabs.Ser titwaqqaf l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Krminalita, bil-għan li tgħaqqad taħtha numru ta’ servizzi diġa offruti, filwaqt li tintorduċi oħrajn. 

Anke l-Armata ser tingħata spinta, grazzi għal investiment fl-Ispecial Operations Unio, kif ukoll titjib tas-sistema tal-kommunikazzjoni, u x-xogħol ta’ investiment fil-bażijiiiet differenti tal-armata. Is-suldati ser ikollhom iktar opportunitajiet għal taħriġ akkademiku, filwaqt li ser titnieda sistema ta’ monitoraġġ tas-sigurta għall-infrastruttura kritiċi ta’ pajjiżna.

Ser ikompli l-proċess ta’tibdil ta’ vetturi fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ser tasal f’pajjiżna l-ewwel fire boat, kif ukoll iktar tagħmir għat-tifi tan-nar fuq l-art.

BAĠIT 2021: Iktar għajnuna biex tiġi indirizzata l-Immigrazzjoni u l-ħarsien tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol

Rigward l-Immigrazzjoni, il-Gvern saħaq li ser ikompli jaħdem biex tissaħħaħ l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, kif ukoll it-Taqsima tal-Immigrazzjoni fi ħdan il-Puliżija, filwaqt li ser tinħoloq taqsima speċjalizzata li tiffoka fuq ir-ritorn ta’ dawn il-persuni. 

Il-Gvern qiegħed jaħdem ukoll favur sistema informatika ġdida, li żżomm rekord ta’ kull persuna li tidħol jew toħroġ minn pajjiżna, kif ukoll iktar servizzi persuni offruti lil dawk l għandhom iċ-ċittadinanza Maltija.

Qiegħed jiġi mwiegħed ukoll żieda fl-ammont ta’ spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol mill-OHSA, filwaqt li l-Gvern qiegħed iwiegħed “rivediment, aġġonrnament u tibdil iktar rigoruż” f’dak li għandu x’jaqsam il-Programm ta’ Residenza b’Investiment.

Il-Gvern ser jaħdem favur iktar inċentivi favur l-ugwaljanza, fosthom l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-intorduzzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra r-Razziżmu u x-Xenofobija. Ir-riforma fil-kannabis hija wkoll diskussa.

Ser jitwaqqaf ukoll ċentru ġdid għall-kommunita LGBTIQ, kif ukoll jagħti appoġġ finanzjarju għat-tnedija ta’ EuroPride 2023 f’pajjiżna.

Il-Gvern saħaq li qiegħed ifittex bieix jibni ambaxxati ġodda ġewwa l-Etijopja, kif ukoll fl-Amerika Latina, filwaqt li ser tkompli taħdem mal-Membri tal-Ġnus Maqgħuda biex Malta tingħata siġġu mhix permanenti fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurta.

Ekonomija

Sport