Thursday, March 28, 2024

MUT: Baġit limitat fl-edukazzjoni

Aqra wkoll

L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) irrikonoxxiet li l-budget jagħraf l-isfidi tal-pandemija madankollu iddeskrivietu bħala wieħed limitat ħafna fil-qasam edukattiv.

Hija fissret il-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-pandemija, flimkien ma’ proġetti ta’ titjib tal-infrastruttura fl-iskejjel, bħalha li jiswew il-flus u sostniet li din tidher li kienet l-enfażi tal-Gvern għal dan il-baġit. 

Madankollu qalet li l-Gvern għandu jħares lil hinn mir-restrizzjonijiet tal-pandemija u jagħti direzzjoni lis-settur flimkien ma’ riżorsi adegwati biex l-edukaturi jkollhom biex jaħdmu. 

L-MUT irreferiet għan-nuqqas ta’ edukaturi u waqt li qalet li jiddispjaċiha li wieħed mill-ftit servizzi li ssemmew fil-baġit, marbut mal-litteriżmu, twaqqaf minħabba ċ-ċirkustanzi qalet li tispera li jirritorna s-sena d-dieħla.

Ekonomija

Sport