Saturday, December 28, 2024

Baġit li jifhem ir-realtajiet tan-nies

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Dan hu baġit minn Gvern bi prinċipji soċjalisti li qed jifhem ir-realtajiet tan-nies.” Hekk stqarr il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt li kien qiegħed jiġi intervistat minn Manwel Micallef.

Il-Prim Ministru tkellem fit-tul dwar dak li seħħ nhar it-Tnejn li għadda meta tressaq it-tieni baġit għal din il-leġiżlatura. Qal li dan il-baġit sar wara diversi laqgħat ma’ kull sezzjoni tas-soċjeta fosthom anke billi hu stess niżel fil-pjazez fejn tkellem dwar l-ispirazzjonijiet tan-nies. Kien għalhekk dan il-baġit ġie deskritt bħala baġit tan-nies.

Fil-bidu tal-intervista tiegħu l-Prim Ministru qal li l-messaġġ bażiku li l-Gvern irid iwassal permezz ta’ dan il-baġit hu ta’ wieħed ta’ inkorraġiment. Kien hawn li Dr Abela beda jelenka diversi miżuri li ddaħlu jew ġew sostnuni f’dan il-baġit. Il-kelliem semma fuq quddiem nett is-sussidji tal-enerġija, iż-żieda fil-pensjoni u ż-żieda fic-childrens allowance. Qal li permezz ta’ dawn il-miżuri n-nies se jkomplu mexjin ‘il quddiem u jkollhom kwalita ta’ ħajja aħjar.

Ekonomija

Sport