Saturday, December 21, 2024

“Baġit tajjeb soċjalment, vag fuq l-ekonomija” – Kamra tal-Kummerċ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija iddeskriviet il-baġit bħala wieħed sinju fejn jidħol il-miżuri soċjali imma vag fir-rigward tal-irkupru ekonomiku.

Hija sostniet li l-budget ma jindirizzax l-impatt kbir li l-Covid19 qed iħalli fuq in-negozji u ma introduċa ebda miżura biex jgħin lin-negozji li qed ibatu.

Fl-istess waqt laqgħet diversi miżuri fosthom l-estensjoni tal-wage supplement, dik tal-vawċers, l-inċentivi għal kumpaniji li jħaddmu inqas minn 50 persuna u l-miżuri relatati mal-ekonomija l-ħadra.

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija faħħret ukoll lill-Gvern għad-determinazzjoni li jara li jkun hawn governanza tajba waqt li qalet li r-rapport tal-Moneyval se jkun kruċjali għall-investiment barrani.

Ekonomija

Sport