Wednesday, April 24, 2024

Il-PM Abela: “L-ikbar u l-aqwa baġit fl-istorja ta’ pajjiżna”

Aqra wkoll

Id-Deputat PM jisħaq li “l-familji Maltin għadu ser iqumu aħjar mill-bieraħ”, filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi jisħaq lilu nnifsu kuntent “fuq baġit mhux biss finanzjarju, iżda wieħed ekonomiku”

F’konferenza stampa eżatt wara t-tmiem tad-diskors tal-baġit tal-Ministru tal-Finanzi, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li b’dan il-baġit, il-Gvern preżenti “għamel dak li l-ebda amministrazzjoni preċedenti rnexxielha tagħna: Iffaċċjati minn kriżi ekonomika bla preċedent, minflok qgħadna lura u ħadna miżuri tal-awsterita, ppreżentajna llum l-aqwa baġt fl-istorja ta’ pajjiżna.”

“Dan huwa baġit tliet darbiet ikbar minn baġits oħra, anke fiż-żminijiet fejn pajjiżna kien qiegħed igawdi mminn surplus, u dan mingġajr ma tiġi inkluża s-suppliment tal-paga. Meta Gvern Nazzjonalista, huwa u jiffaċċja kriżi ekonomika ħafna iktar ratba minn din tal-lum, mar lura fuq kelmtu u żied it-taxxi, aħna mhix talli lħaqna l-wegħeda tagħna, iżda rnexxielna naqbżu l-aspettativi oriġinali tagħna. Dan huwa baġit li ma ntroduċa l-ebda taxxa ġdida.”

Fuq il-wage supplement, il-Prim Ministru ma ċaħadx l-possibilita li dan jerġa jiġi estiż: “Mhix ser inwaqqfu l-beneifċċju wabel ma jkollna s-serħan tal-moħħ li l-intrapriżi huma b’saħħithom, u li kollox ser jerġa jirritorna għan-normal.”

“Aħna kburin bis-suċċess tagħna fid-dawl ta’ din il-pandemija, u aħna inħarsu bil-quddiem lejn orizzont ġodda.”

Intant, id-Deputat Prim Ministru saħaq li l-Gvern “għaddej bil-ħidma li jassigura li dak li aħna nagħmlu bħala pajjiż, jasal għand dawk li hemm l-iktar bżonn.”

“Grazzi għal dan il-baġit, il-poplu Malti ħa jqum aħjar milli qam dalgħodu. Irridu pajjiż lesti mhix biss għall-ekonomija fil-preżent, iżda wkoll għal. dak li jiġri wara. Aktar milli sempliċiment nużaw dak li użajna dak maħżun, qegħdin naħdmu biexfis-snin li ġejjin, ser ikomplu jkunu snin ta’ suċess.”

Fearne saħaq kif matul is-snin preċedenti, “dan il-Gvern flimkien magħkom, bnejna sistema ta’ ekonomija soda, li meta kellna bżonn, sibna minn fejn nisrtgħu nelenkaw dawn il-miżuri.’

Intant, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħqu li dawn il-flus msemmija “ser ikunu ta’ soljev lejn il-familji, pero dan huwa baġit magħmul mhix biss min lat finanzjarju, iżda wkoll min lat ekonomiku. Wara kull miżuri, nistenni li jkollu tqassim tal-ġidlejn is-saffi fil-baxx, jew inkella stennija ta’ ritorni.”

Sport