Sunday, December 22, 2024

Baleni jinstabu mejtin fuq ix-xatt fl-Awstralja

Aqra wkoll

Il-fenomenu ta’ baleni li għal xi raġuni misterjuża jitilgħu l-art u jmutu reġa’ spikka fl -Awstralja fejn erbatax-il ferħ ta’ baleni tar-razza ‘sperm’ instabu mejtin wara li nkaljaw f’bajja fi t-Tasmania. Il-karkassi tal-baleni ġew skoperti min-nies tal-lokal f’King Island nhar it-Tnejn li għadda wara nofsinhar.

Ir-raġuni għall-inkaljar ta’ dawn il-baleni għadha mhix magħrufa u għalhekk bijoloġisti tal-annimali selvaġġi u veterinarju ntbagħtu biex jinvestigaw.

Inkaljar ta’ baleni mhux rari f’Tasmania fejn l-esperti jsostnu li l-istat gżira tat-Tasmanja huwa “magħruf” għal avvenimenti bħal dawn.

Stħarriġ mill-ajru għandu jiddetermina jekk kienx hemm aktar annimali oħra mejtin fuq ix-xatt.

Il-baleni sperm, li huma meqjusa bħala vulnerabbli globalment, jistgħu jikbru sa 18-il metru u jiżnu sa 45 tunnellata.

Ix-xjenzjata tal-ħajja selvaġġa Vanessa Pirotta qalet li l-baleni mejta x’aktarx kienu parti minn grupp ta’ baleni maskili żgħar li sabu ruħhom f’diffikultajiet.

Il-balieni tal-kaċċa tipikament iqattgħu ħin f’ibħra aktar ’il barra mix-xtut u l-inkaljar tal-baleni kollha jibqa’ misteru u ħadd għadu ma jaf eżatt għaliex iseħħu, qalet Dr Pirotta lill-BBC.

Ix-xjenzati li qed jinvestigaw dan il-fenomenu jaħsbu li l-baleni li nkaljaw setgħu nnavigaw ħażin u segwew balena marida jew diżorjentata u spiċċaw f’ilmijiet baxxi.

Din mhix l-ewwel darba li baleni nkaljaw u mietu fuq ix-xatt. F’Settembru 2020, aktar minn 380 balena pilota mietu fl-agħar diżastru tal-massa fl-Awstralja. Dan kien seħħ ukoll fi t-Tasmania fuq il-kosta tal-Punent tal-gżira.

Għalkemm il-kawża għadha mhix magħrufa, Dr Pirotta nnotat li t-Tasmania għandha ħafna kurrenti differenti li jħabbtu mal-art.

Ekonomija

Sport