Friday, March 29, 2024

Imut il-kosmonawta li dam l-aktar fl-ispazju

Aqra wkoll

Kosmonawta Russu li għandu r-rekord tal-itwal vjaġġ fl-ispazju miet fl-età ta’ 80 sena. Valery Polyakov kien qatta’ 437 ġurnata sħiħa jdur madwar id-dinja bejn l-1994 u l-1995 fuq l-istazzjon spazjali Mir.

Huwa kien ħa sehem f’esperimenti biex isir magħruf jekk il-bniedem setax jibqa’ b’saħħtu mentalment jekk jagħmel vjaġġ twil lejn Mars.

It-testijiet li saru dakinhar kienu sabu li ma jkun hemm l-ebda effett negattiv tal-funzjoni konjittiva tal-bniedem bħala riżultat tal-espedizzjoni ta’ 14-il xahar fl-orbitu madwar id-dinja.

Għalkemm il-kawża tal-mewt ta’ Polyakov ma ġietx żvelata, il-mewt ta’ Polyakov tħabbret mill-aġenzija spazjali Russa, li użat it-titli onorarji dwaru inklużi dak ta’ eroj tal-Unjoni Sovjetika.

L-aġenzija, Roscosmos, żiedet f’post ta’ Telegram li r-riċerka ta’ Polyakov għenet biex tipprova li l-ġisem tal-bniedem jista’ jimmaniġġja titjiriet fl-ispazju profond lil hinn sew mill-orbita tad-Dinja. Polyakov twieled fl-1942 f’Tula, belt fin-Nofsinhar tal-kapitali Moska. Qabel sar kosmonawta huwa kien iggradwa bħala tabib.

L-ewwel missjoni spazjali tiegħu kienet f’Awwissu 1988 fejn qatta’ tmien xhur fl-orbita madwar id-dinja. Kienet it-titjira li għamel sitt snin wara li kisbet lil Polyakov ir-rekord tiegħu għall-itwal vjaġġ lejn l-ispazju. Rekord li għadu ma nkisirx sal-lum.

Polyakov għex u ħadem fuq l-istazzjon spazjali Mir mit-8 ta’ Jannar 1994 sat-22 ta’ Marzu 1995, allegatament idur madwar id-Dinja aktar minn 7,000 darba, ekwivalenti tal-vjaġġ lejn Mars u lura.

L-istazzjon spazjali ­Mir int­­bagħat fl-orbita fl-1986, l-ewwel taħt il-kont­roll tal-Unjoni Sovjetika u wara r-Russja. Skjerat matul il-Gwerra Bierda, is-satellita ta’ 135 tunnellata reġgħet intużat bil-koperazzjoni tal-­Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti, minkejja tensjonijiet politiċi bejn iż-żewġ potenzi li ilhom għal żmien twil.

Ekonomija

Sport