Wednesday, March 27, 2024

Ballun mitluf isalvalu ħajtu wara li nġarr mill-kurrent

Aqra wkoll

Bosta huma dawk li raw u japprezzaw il-film bl-isem ta’ Castaway li fih jaħdem l-attur ċelebri Tom Hanks. Ġara li raġel ta’ 30 sena kellu esperjenza simili għall-istorja ta’ dan il-film meta kien qiegħed f’vaganza ġewwa l-Greċja u dan hekk kif, simili għall-film, ballun lagħab rwol importanti biex hu baqa’ ħaj.

Ir-raġel ta’ 30 sena mill-Ma­ċedonja bl-isem ta’ Ivan ġie salvat wara li qatta’ xejn inqas minn 18-il siegħa jinġarr mal-kurrent tal-baħar u salva grazzi għal ballun.Ivan irrakkonta li hekk kif beda jinġarr mill-kurrent hu pprova jikkumbatti iżda mal-ħin beda jegħja. Tenna li hekk kif wasal f’punt li beda jaqta’ qalbu dlonk jara riesaq lejh ballun kollu kuluri. Ivan ħataf l-okkażjoni u żamm ma’ dan il-ballun sakemm eventwalment ġie salvat 15-il mil ’il barra mix-xatt.

Meta din l-aħbar infirxet mal-midja u xxandru anke r-ritratti tal-ballun li salvalu ħajtu, żewġt itfal mill-Greċja qalu li dak il-ballun kien tagħhom u kienu tilfuh  għaxart ijiem qabel meta kienu qegħdin jilagħbu l-futbol fuq il-gżira Lemnos – 80 mil bogħod minn fejn sabu Ivan. 

Ivan ġie salvat minn ħelikopter tal-Forzi tal-Ajru tal-Greċja u dawn kienu qed ifittxu wkoll għall-ħabib li kien ma’ Ivan iżda dan sfortunatament baqa’ qatt ma nstab.

Ekonomija

Sport