Gudja U…………….0
Balzan………………1
F’partita medjokri u li naqset milli tilħaq l-aspetttativa, Balzan għelbu lil Gudja United bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti, xutt imdawwar u ċentrali ta’ Aleksa Andrejic ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit.
Erba’ minuti biss wara, Alex Satariano dejjem għal Balzan kellu xutt sabiħ li ġie salvat tajjeb minn Glenn Zammit.
Huma komplew fuq l-offensiva u fil-11-il minuta, freekick insidjuż ta’ Andrejic ġie imxellef minn De Sousa, iżda Glenn Zammit salva tajjeb.
Man-nofsiegħa logħob, Alex Satariano approfitta minn żball difensiv ta’ Gudja, għadda tajjeb lejn MATHEUS DE SOUSA li mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kien biss fid-69 minuta li ġiet innutata l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Balzan, ikunu li jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Andrejic qabeż tajjeb lil Neil Tabone, indirizza cross lejn Marcus Grima li kellu l-konklużjoni tiegħu minn barra l-kaxxa tintemm għoli.
Balzan komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 9-Vito Plut, 11-Shaisen Attard (8-Tatsuro Nagmatsu 59), 13-James Arthur, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella, 23-Neil Tabone, 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete Coach: Andrea Agistinelli
Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab (7-Bogdan Mladenovic 85), 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 19-Nikola Zerijal (4-Diver Torres 43), 21-Alex Satariano (44-Adam Bradshaw 71), 27-Momcilo Raso, 33-Matheus De Sousa (86-Bojan Kaljevic 71), 77-Aleksa Andrejic Coach: Oliver Spiteri
Referee: Philip Farrugia
Ass. Referees: Alan Camilleri, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Slaowomir Olucha
Skorers: M. De Sousa 30 (B)
Ammoniti: N. Zerjal, D. Torres, A. Bradshaw (B), J, Bolanos, H. Vella (G)
Player tal-Logħba: Matheus De Sousa (B)