Wednesday, April 24, 2024

Bank Awstraljan b’penali wara li talab ħlas mingħand klijenti li kienu mejtin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-bank Awstraljan Westpac ammetta li kiser il-liġi wara li kellu jaffaċċja akkużi minn regolaturi minħabba l-mod fqir ta’ kif tratta lill-klijenti tiegħu. 

Fuq deċiżjoni tal-Qorti, il-bank se jkollu jħallas aktar minn €70 miljun f’penali. Barra minn hekk il-bank se jkun qiegħed jagħti wkoll €50 miljun f’kumpens lill-klijenti tiegħu.

Il-Kummissjoni Awstraljana għas-Sigurtajiet u l-Investimenti (ASIC) qalet li l-bank għandu bżonn itejjeb il-“kultura ta’ komformità fqira tiegħu”.

Skont l-ASIC, wieħed mis-sit każi ta’ investigazzjonijiet li saru fil-konfront tal-bank instab li huwa kien talab għal ħlas ta’ aktar minn €6 miljun fuq perjodu ta’ 10 xhur lil aktar minn 11,000 persuna għal servizzi relatati ma’ pariri finanzjarji li ma ngħataw qatt minħabba li l-klijenti kienu kollha mejtin.

Sport