Saturday, May 4, 2024

Baqa’ jinżamm arrestat wara li seraq u għamel ħsara f’affarijiet ta’ ħaddieħor

Aqra wkoll

Raġel ta’ 43 sena minn Wied il-Għajn baqa’ jinżamm taħt arrest hekk kif jinsab akkużat li seraq b’aktar minn €2,300 mingħand ċertu Stephen Fenech, għamillu ħsara f’xi affarijiet tiegħu u anke kiser il-libertá proviżorja dwar każ preċedenti. 

Il-każ jikkonċerna lil Mark Scerri li qed jiġi akkużat li fit-8 ta’ Ġunju seraq flus kontanti mingħand Stephen Fenech. Barra minn hekk, qed jiġi wkoll akkużat li għamillu ħsara f’xi affarijiet u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja dwar każ ieħor. 

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma laqgħetx it-talba għall-bail u għalhekk ir-raġel baqa’ jinżamm arrestat. Għall-akkużat dehru l-avukati Lennox Vella u Mario Mifsud, filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion. 

Sport