Saturday, November 23, 2024

“Baqgħu bil-proġetti fuq il-karta… PN li jiddeċiedi li ma jiddeċidix”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskors tiegħu fil-parlament Farrugia fakkar dwar Partit Nazzjonalista li ma jiddeċidix. Il-Ministru jkompli li bħala Partit Nazzjonalista “Jiddeċiedi li ma jiddeċidix”. 

Tkellem dwar numru ta’ proġetti li baqgħu fuq il-karta. Hawnhekk fakkar dwar proġetti li baqgħu taparsi bħalma kienu c-Central Link u l-Interconnector.

Rigward dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis, rigward is-sulari fil-kostruzzjoni, il-Ministru qal li l-Oppożizzjoni jikkritikaw, iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’intervisti fil-midja jgħid li dawn il-kriterji mhuwiex se jbiddilhom.

Il-Ministru Farrugia tkellem dwar il-COP26 u l-possibbiltà ta’ elezzjoni f’Novembru li għadda kif kien irrapurtat fuq sezzjonijiet tal-midja sa minn ġimgħat qabel. Qal li kieku l-poplu ngħata l-opportunità li jagħżel u kien jagħżel lill-Partit Nazzjonalista, konna nkunu l-uniku pajjiż li mmorru mingħajr pjan. Huwa qal li minkejja kollox il-Prim Ministru Robert Abela mar quddiem pajjiżi ferm akbar minn tagħna bi pjan tanġibbli fejn jidħol l-ambjent.

Sport