Ċertament li wieħed mill-programmi li jinsab fuq fomm ħafna min-nies u li dan faċilment jista’ jiġi nnutat mill-baraxx ta’ kummenti li għaddejjin fuq il-midja soċjali huwa Love Island Malta.
Episodju ieħor li ġab miegħu eliminazzjoni oħra u din id-darba kien imiss lil Cruyff u lil Milica (Mimi). Il-kontestanti kellhom jiddeċiedu bejniethom liema koppja kienet l-inqas kompatibbli fl-opinjoni tagħhom u li konsegwentament kellha tħalli l-villa.
Madanakollu wara li tħabbret id-deċiżjoni, bosta kienu dawk li kkummentaw li minn fost il-koppji li sfaw eliminati fl-aħħar xhur kien hemm koppji iżjed kompatibbli minn dawk li għadhom fil-Villa.
Intant ftit tas-sigħat ilu l-istess Cruyff qasam mas-segwaċi tiegħu ritratt ma’ Milica fejn hu sejħilha bħala “tiegħi” forsi b’botta għal min seta’ qal li mhumiex kompatibbli flimkien. Min jaf forsi barra mill-villa l-istorja bejn dawn it-tnejn tkun aktar faċli li tkompli tikber.