Thursday, May 2, 2024

Barcelona b’taħditiet pożittivi mal-midfielder ta’ 17-il sena, Gavi

Aqra wkoll

Barcelona kellhom taħditiet pożittivi mal-midfielder ta’ 17-il sena, Gavi, dwar estensjoni potenzjali tal-kuntratt.

Iż-żagħżugħ kien fil-mira ta; bosta clubs Ewropej ewlenin wara l-istaġun debutatnti mill-aqwa tiegħu mal-ġganti Katalani din is-sena, li fih s’issa għamel 30 dehra f’La Liga, skorja żewġ goals u rreġistra ħames assists fil-kampjonat.

Wara li għamel id-debutt internazzjonali tiegħu ma’ Spanja lura f’Ottubru li għadda, u wara l-forma impressjonanti tiegħu għal Barcelona, il-club kien ħerqan li jestendi l-kuntratt ta’ Gavi b’termini mtejba, bil-midfielder jidħol fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu dan is-sajf.

Intant, wara xhur ta’ negozjati fit-tul, huwa mifhum li saru aktar taħditiet bejn l-aġent tal-plejer u l-club fil-jiem li għaddew li rriżultaw fil-pożittiv.

Sport