Wednesday, July 24, 2024

Barcelona eliminati mit-Tazza Spanjola

Aqra wkoll

Barcelona sfaw eliminati mit-Tazza Spanjola minn Athletic Bilbao wara li tilfu l-kwarti tal-finali bl-iskor ta’  4-2 f’San Mames liema partita kellha tmur għall-ħin barrani.

Gorka Guruzeta ta vantaġġ lil Bilbao fl-ewwel minuta iżda Barca kienu fil-vantaġġ eżatt wara n-nofs siegħa logħob hekk kif Robert Lewandowski kiseb id-draw u Lamine Yamal għamilhom 2-1.

Madankollu, fid-49 minuta, Oihan Sancet, kiseb id-draw għal Athletic … u bl-iskor ma jinbidilx sas-suffara finali, kellu jingħata l-ħin barrani.

L-eroj tat-team Bask kienu l-aħwa Inaki u Nico Willias li skorjaw iż-żewġ goals tant importanti biex ikkwalifikaw għas-semi-finali. 

Din it-telfa tfisser li Barcelona u Real Madrid – li rebħu 10 mill-aħħar 15-il Copas del Rey – huma t-tnejn barra mill-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport