Tuesday, December 24, 2024

Barcelona “f’kuntatt” mal-midfielder Franck Kessie

Aqra wkoll

Barcelona jinsabu “f’kuntatt” mal-midfielder Franck Kessie dwar free transfer propost minn AC Milan fis-sajf li ġej.

L-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju ta’ 25 sena issa huwa liberu li jiffirma ftehimiet ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs barranin hekk kif il-ftehim attwali tiegħu mar-Rossoneri se jiskadi f’Ġunju li ġej.

Barcelona ilhom ‘f’kuntatt’ mal-aġent ta’ Kessie minn Diċembru li għadda u issa qed jistennew li l-player jieħu deċiżjoni finali dwar il-futur tiegħu.

It-tellieqa “għadha miftuħa” għall-firma tal-midfielder għax għad irid jilħaq ftehim sħiħ ma’ xi club.

Barcelona mhumiex l-uniku team interessat li jiffirma lil Kessie, bi clubs bħal Tottenham Hotspur, Liverpool, Paris Saint-Germain u Real Madrid ukoll isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tal-player.

Kessie għamel 208 dehra għal AC Milan fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja 36 goal u pprovda 16-il assist.

Ekonomija

Sport