Tuesday, October 15, 2024

Barcelona għadhom iridu lil Nico Williams

Aqra wkoll

Minkejja li Nico Williams għal darba darbtejn irrifjuta offerta ta’ Barcelona sabiex jakkwistawh, it-tim Katalan għadu ma qatax qalbu u se jipprova jżid l-offerta tiegħu sabiex dan il-plejer ta’ 22 sena jingħaqad magħhom.

Williams kemm-il darba tenna li Athletic Bilbao hu t-tim ta’ qalbu u qatt ma jasal li jitilqu. Hu sostna li jixtieq jilgħab finali f’Estadio San Mames ma’ dan it-tim.

Madankollu, Barcelona donnhom għadhom ma fehmux il-messaġġ u baqgħu jkellmuh biex jipperswaduh jiġi jilgħab fil-Camp Nou.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport