Sunday, October 27, 2024

Birkirkara FC jippreżentaw it-timijiet tan-nisa

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara ippreżenta t-tliet skwadri għall-istaġun 2024/25, dik ta’ taħt is-16-il sena, ta’ taħt id-19-il sena u t-tim tal-kbar.

Matul dan l-istaġun, it-tim tal-kbar li hu wkoll iċ-champion tal-Assikura Women’s League, hu mmexxi minn Vince Galea, kowċ li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif mexxa lit-tim nazzjonali femminili fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena kif ukoll kien head coach mal-akkademja ta’ Sliema Wanderers.

It-tim ta’ taħt id-19-il sena hu mmexxi mill-kowċ Jonathan Muscat assistit minn Vince Galea. Attwalment it-tim qed jipparteċipa fl-Assikura Youth League fejn s’issa huma lagħbu sitt partiti u kisbu disa’ punti sabiex b’hekk jinsabu fit-tielet post tal-klassifika.

Finalment it-tim ta’ taħt is-16-il sena hu mmexxi mill-kowċ Melvin Camilleri assistit minn Janice Xuereb. Dan it-tim qed jieħu sehem fil-BNF Under 16 League fejn s’issa lagħbu ħames partiti li rebħuhom kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport