Barcelona qed jistennew li Ousmane Dembele jingħaqad jew ma’ Manchester United jew ma’ Juventus bi free transfer fis-sajf li ġej.
Il-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u Barcelona s’issa ma rnexxewx fit-tentattivi tagħhom li jipperswadug iġedded il-kuntratt tiegħu mal-club.
Man United kienu marbuta b’mod qawwi mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 fl-aħħar xhur, filwaqt li Juventus jingħad li għandhom interess fit-tul fis-servizzi tiegħu.
Barcelona qed jistennew li wieħed miż-żewġ clubs imsemmija jiffirma liż-żagħżugħ ta’ 24 sena bi free transfer meta jiskadi l-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou.
Bayern Munich u Paris Saint-Germain it-tnejn kienu qed juru interess, iżda huma issa ħarġu mit-tellieqa minħabba tħassib dwar il-livelli ta’ kundizzjoni tajba u t-talbiet għall-pagi tiegħu.
Dembele, li ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Borussia Dortmund f’Awwissu 2017, skorja darba u pprovda żewġ assists fi 11-il dehra f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22.