Wednesday, April 24, 2024

Bruno Fernandes jissospendi t-taħditiet ma’ Manchester United dwar kuntratt ġdid

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Bruno Fernandes issospenda t-taħditiet mal-club dwar kuntratt ġdid.

Il-player ta’ 27 sena skorja seba’ goals u rreġistra disa’ assists f’26 dehra mar-Red Devils dan l-istaġun, fosthom żewġ goals kontra Aston Villa fil-Premier League nhar is-Sibt.

Fernandes fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu f’Old Trafford, iżda kien hemm pretensjonijiet li Man United qed jippruvaw jiffirmawh bi ftehim imtejjeb.

L-internazzjonali Portugiż irrifjuta offerta mill-club fil-ħarifa u mhux se jerġa’ jibda d-diskussjonijiet sa Mejju.

L-ex playmaker ta’ Sporting Lisbon irid jaqla’ flus daqs l-aktar players li jaqilgħu flus fil-club, bi Cristiano Ronaldo, David de Gea, Harry Maguire, Paul Pogba, Anthony Martial, Raphael Varane u Edinson Cavani kollha qalu li jaqilgħu aktar minn £100,000 fil-ġimgħa.

Fernandes jinsab ħerqan li jara kif se jiżvolġi t-tieni nofs tal-istaġun qabel ma jiddeċiedi jekk jiffirmax ftehim ieħor mar-Red Devils.

Man United se jkunu qed jimmiraw li jagħtu spinta għat-tama tagħhom li jagħmluha mal-ewwel erbgħa fil-Premier League meta l-Erbgħa filgħaxija jilqgħu lil Brentford.

Sport