Friday, August 8, 2025

Barcelona jesperjenzaw dewmien fil-ftuħ mill-ġdid ta’ Camp Nou

Aqra wkoll

Il-klabb ta’ Barcelona qed jaffaċċja ċertu dewmien fil-ftuħ mill-ġdid tal-istadium tagħhom Camp Nou. Fil-fatt għall-ewwel logħba ta’ La Liga kontra l-Valencia fil-14 ta’ Settembru li ġej se jkunu biss 30,000 spettatur li jistgħu jidħlu li jfisser nofs dak kemm jiflaħ settur partikolari ta’ dan il-grawnd ikoniku.

Din il-kapaċità se tibqa’ wkoll għall-logħba ta’ wara kontra l-Getafe. Il-pjan hu l-uffiċjali jibqgħu jiftħu gradwalment is-setturi kollha tal-grawnd u jmorru għal 45,000 post għal logħbiet sussegwenti ta’ Liga u Champions.
Anke fil-UEFA Champions League, se jkunu biss 30,000 spettatur li jkunu jistgħu jaraw il-Katalani jilagħbu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport