Tuesday, September 24, 2024

Barcelona jfittxu goalkeeper wara l-injury ta’ Marc Andre Ter Stegen

Aqra wkoll

Barcelona qed ifittxu għażla oħra hekk kif il-goalkeeper regolari Marc Andre Ter Stegen weġġa’ waqt il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Villareal li l-Katalani rebħu 5-1. Il-goalkeeper Ġermaniż weġġa’ rkopptu wara kuntrast mal-avversarju.

Id-diriġenti Katalani se jmorru għal xi goalkeeper li bħalissa jinsab bla kuntratt jew inkella jistennew sa Jannar meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti. Wieħed minn dawn hu Alvaro Valles li jidher b’battibekk ma’ Las Palmas u li qed ifittex li jitlaq minn dan il-klabb.

Attwalment, Barcelona għandhom ukoll lil Inaki Pena bħala l-goalkeeper ta’ riserva.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport