Saturday, July 25, 2026
Home Sport Arne Slot irid lil Jeremie Frimpong

Arne Slot irid lil Jeremie Frimpong

0
129

Il-kowċ ta’ Liverpool Arne Slot jixtieq ħafna s-sostitut għal Trent Alexander Arnold li jidher viċin li jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja.

Il-ħsieb ta’ Slot hu li jġib lejn Anfield Road lil Jeremie Frimpong, difensur lemini ta’ 23 sena li jilgħab ma’ Bayer Leverkusen. Dan tal-aħħar kien fundamentali sabiex it-tim Ġermaniż jirbaħ il-Bundesliga fl-istaġun li għadda.

Frimpong se jkun l-għażla ewlenija tar-Reds possibbilment f’Jannar għalkemm jista’ jingħaqad magħhom fis-sajf.