Sunday, December 22, 2024

Barcelona jheddu kawża legali kontra Frenkie De Jong

Aqra wkoll

Barcelona qed jheddu azzjoni legali kontra l-player tagħhom stess Frenkie de Jong.

Il-midfielder Olandiż ta’ 22 sena, li kien jissemma’ li jingħaqad ma’ Manchester United dan is-sajf, ġie mħeġġeġ biex itemm il-kuntratt attwali li għandu mal-club.

Dan minħabba li l-Katalani qed jallegaw li l-kuntratt eżistenti tiegħu fih “evidenza ta’ kriminalità”.
 
Il-media Spanjola qed tirrapporta li “Fil-15 ta' Lulju Barcelona qalu lil Frenkie de Jong li għandhom evidenza ta' kriminalità fil-kuntratt mogħti lilu mill-amminstrazzjoni preċedenti” ... u għaldaqstant se jiftħu proċeduri legali kontra l-partijiet involuti.”
Għaldaqstant Barcelona qed jitolbu li l-kuntratt jiġi null.
F’Lulju li għadda, il-club mill-Katalunja kien aċċetta offerta mingħand Manchester United biex De Jong imur jilgħab f’Old Trafford. Iżda l-player ta’ 25 sena, kien u għadu riżolut li jibqa’ jilgħab fin-Nou Camp ... aktar u aktar minħabba li huwa għandu jieħu €17-il miljun f’arretrati ta’ salarji.
Barcelona qed jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jeħilsu minn De Jong. 
 
Ekonomija

Sport