Thursday, May 16, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, il-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport