Barcelona waslu għall-ftehim dwar kuntratt ta’ £11-il miljun fis-sena mad-difensur ta’ Chelsea, Cesar Azpilicueta.
L-Ispanjol huwa wieħed minn diversi ismijiet difensivi fil-gradi ta’ Stamford Bridge li qed jiffaċċjaw futur inċert, bil-kuntratt eżistenti tiegħu issa fadallu inqas minn 18-il xahar biex jiskadi.
L-inċertezza dwar it-teħid tal-club ta’ Chelsea lanqas għenet, iżda l-club ikkonferma li l-konsorzju ta’ Todd Boehly se jkun qed jassumi l-kontroll mingħand Roman Abramovich.
Jekk it-teħid tal-kontroll jgħaddi kif ippjanat sal-aħħar ta’ Mejju, Chelsea jkunu jistgħu jagħmlu negozju ta’ trasferimenti – kif ukoll jinnegozjaw tiġdid tal-kuntratt mal-players – b’mod normali kif tabilħaqq kien isir qabel.
Madankollu, Azpilicueta mistenni jħalli l-club, bil-player ta’ 32 sena maħsub li jinsab ħerqan li jingħaqad ma’ Barcelona fis-sajf li ġej, fejn mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn sa tmiem l-istaġun 2023-24.