Barcelona qed jippjanaw offerta ta’ Jannar għall-attakkant ta’ Chelsea, Christian Pulisic.
L-internazzjonali tal-Istati Uniti tħabat għal bidu konsistenti taħt Thomas Tuchel mill-wasla tiegħu minn Borussia Dortmund, għalkemm l-injuries ma għenux il-kawża tiegħu.
B’riżultat ta’ dan, Pulisic qed jiġi mġiegħel ifittex club ġdid fl-2022, b’Liverpool suppost iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni tiegħu fil-Punent ta’ Londra.
Madankollu, bil-Blues meqjusa li mhumiex ħerqana li jbigħu lill-player lill-club rivali dirett, ċaqliq b’self lil Barcelona jista’ jkun fuq il-karti f’Jannar.
Pulisic ikun miftuħ għal tluq minn Stamford Bridge, u l-Blaugrana qed iqisu wkoll offerti għal Cesar Azpilicueta u Antonio Rudiger bħala free agents fis-sajf li ġej.
Pulisic skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed minn disa’ dehriet fit-tournaments kollha dan l-istaġun, u l-ftehim tiegħu ma’ Chelsea jiskadi fl-2024.