Thursday, March 28, 2024

Manchester United v Brentford f’riskju li tiġi posposta minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Il-partita ta’ Manchester United kontra Brentford ta’ nhar it-Tlieta tinsab f’riskju li tiġi posposta minħabba l-Covid-19.

Ir-Red Devils rreġistraw ‘numru żgħir’ ta’ testijiet ta’ testijiet pożittivi tal-coronavirus qabel is-sessjoni ta’ taħriġ tal-Ħadd filgħodu, hekk kif ir-Renju Unit qed jissielet biex iżomm il-varjant Omicron.

Il-kontinġent pożittiv huwa maħsub li ntbagħat id-dar qabel it-taħriġ, iżda l-manager Ralf Rangnick ma setax imexxi sessjoni sħiħa minħabba s-sitwazzjoni.

United ħadu sehem biss f’taħriġ individwali, mingħajr kuntatt, u l-konfront tat-Tlieta tal-Premier League ma’ Brentford issa jinsab fil-periklu li jiġi pospost.

Il-United mhumiex l-uniku club li ntlaqat minn tifqigħa tal-COVID-19, b’Tottenham Hotspur, Aston Villa u Leicester City kollha jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet simili fl-aħħar jiem.

Ekonomija

Sport