Barcelona keċċew lill-manager Xavi Hernandez bl-eks coach ta’ Bayern Munich, Hansi Flick, se jieħu postu.
Xavi se jieħu t-tmexxija ta’ Barcelona għall-aħħar darba meta llum l-Katalani jilqgħu lil Sevilla fl-aħħar partita logħba tagħhom ta’ La Liga.
Il-coach ta’ 44 sena, li kien ikkuntrattat sal-2025, ġie nfurmat bid-deċiżjoni tal-club waqt laqgħa mal-president, Joan Laporta, u d-direttur sportive, Deco, nhar il-Ġimgħa – eżattament xahar minn meta tħabbar li se jibqa’ fil-club.
L-ekx midfielder ta’ Spanja, Xavi, f’Jannar qal li kien se jħalli n-Nou Camp, iżda x-xahar li għadda kien perswadut li jibqa’ fit-tmexxija minn Laporta.