Thursday, June 13, 2024

Farioli maħtur coach ġdid ta’ Ajax

Aqra wkoll

Francesco Farioli ġie maħtur uffiċjalment bħala l-coach il-ġdid tal-ġganti tal-Eredivisie, Ajax, u sar l-ewwel Taljan li qatt ħa t-tmexxija tat-team storiku Olandiż. Huwa ffirma kuntratt inizjali ta’ tliet snin, li jdum sas-sajf tal-2027.

Farioli ta’ 35 sena kellu jħalli l-kariga tiegħu mat-team ta’ Ligue 1, Nice, biex jingħaqad ma’ dan il-club glorjuż. Huwa kien inħatar biss is-sena l-oħra, u wasal fit-30 ta’ Ġunju 2023, qabel mexxa lit-team fil-ħames post fl-ogħla livell Franċiż. Nice kienu spiċċaw l-istaġun preċedenti fid-disa’ post.

Ajax se jkunu r-raba’ club fil-karriera talcoach ta’ Farioli, wara li kellu wkoll żewġ perjodi fit-Turkija; wieħed ma’ Fatih Ka­magumruk fl-2021, u l-ieħor ma’ Alanyaspor bejn l-2021 u l-2023. Ma’ tal-ewwel, sar l-iżgħar coach ewlieni li qatt kien hemm fis-Super Lig Tork.

L-involviment tiegħu fil-logħba profes­sjonali jmur aktar lura minn hekk, peress li fil-bidu kien ħadem bħala coach tal-goalkeepers fil-Qatar, qabel ma ħa l-istess irwol ma’ numru ta’ clubs tas-Serie A, inklużi ma’ Benevento u Sassuolo taħt l-eks coach ta’ Brighton, Roberto De Zerbi.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport