Għadu ma ntlaħaq l-ebda bejn Barcelona u Manchester United dwar it-trasferiment ta’ Frenkie de Jong biex jingħaqad mar-Red Devils minħabba li l-Katalani qed jitolbu €86 miljun.
Il-midfielder Olandiż tenna li huwa jinsab kuntent ma’ Barcelona iżda jistgħu jċeduh minħabba li jinsabu f’pożizzjoni finanzjarja ferm prekarja.
Fl-aħħar ġimgħat it-talba tagħhom kienet dik ta’ €75 miljun iżda l-Ispanjoli qed jitolbu bosta bonuses liema ċifra titla’ għal €86 miljun.
Peró, il-club Ingliż mhuwiex lest li jħallas din is-somma.