Thursday, March 28, 2024

Inawgurat bust li jonora l-memorja ta’ Dr Victor Calvagna

Aqra wkoll

Għadu kemm ġie inawgurat bust fil-Qawra li jonora l-memorja ta’ Dr Victor Calvagna. Dan tħabbar iktar kmieni dalgħodu minn Puttinu Cares.

Il-bust, li nħadem mill-Iskultur Indri Attard b’bażi ta’ Victor Galea, sar fuq inizjattiva tas-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Alfred Grima, li lejn l-aħħar ta’ Jannar li għadda żvela li matul laqgħa tal-Kunsill Lokali huwa ressaq mozzjoni biex jitwaqqaf bust tal-mibki Dr Victor Calvagna.

Dr Calvagna, Konsulent maħbub minn bosta u President ta’ Puttinu Cares, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, propju ftit tal-jiem wara li ntlaqat minn vettura.

Dr Calvagna ngħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa, fit-12 ta’ Jannar 2022, fil-Bażilika tal-Mosta fit-3:30 p.m.

Ekonomija

Sport